Stennija kbira għat-tieġ rjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle – One News

Notifiki

Stennija kbira għat-tieġ rjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle

Hekk kif ninsabu għaxar t’ijiem ‘il bogħod mit-tieġ rjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle, l-istennija qed tkompli tiżdied.

F’Legoland ta’ Windsor, inħolqot xena ta’ dak li se jiġri fit-tieġ rjali, permezz ta’ kwazi 60,000 elf biċċa tal-‘Lego’. Ix-xena li hija magħmula minn  500 personaġġ tal-‘Lego’ tinkludi lil Prinċep Harry, Meghan Markle, membri tal-media u dawk mistiedna. Ix-xena kienet kompluta mir-replica tal-Kastell ta’ Windsor, li waħdiha tinkludi kwazi 40,000 biċċa tal-‘Lego’. Dan ix-xogħol sar minn 11-il persuna li damu ‘il fuq minn 750 siegħa.

Filwaqt li fil-mużew ta’ Madame Tussauds, saret figura tax-xemgħa tal-koppja, fejn se jkunu esebiti f’esebizzjoni speċjali b’rabta ma’ dan it-tieġ. Il-figuri tax-xemgħa huma libsin ħwejjeġ simili li kienu liebsu fl-ewwel intervista li saritilhom f’Novembru li għadda, wara li ħabbru li qegħdin joħorġu flimkien. L-esebizzjoni se tkun qed tiftaħ lejliet it-tieġ rjali.

It-tieġ rjali se ssir fid-19 ta’ Mejju li ġej fil-Kappella ta’ San Ġorġ ġewwa il-Kastell ta’ Windsor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend