Mossa ta' rieda tajba – tliet ċittadini tal-Istati Uniti jinħelsu mill-Korea Ta' Fuq | One News

Notifiki

Mossa ta’ rieda tajba – tliet ċittadini tal-Istati Uniti jinħelsu mill-Korea Ta’ Fuq

Il-Korea ta’ fuq ħelset tliet ċittadini tal-Istati Uniti mill-ħabs.

Dan kien żvelat minn tweet tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Il-mossa qed titqies bħala ġest ta’ rieda tajba qabel is-summit storiku bejn Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Trump qal li se jkun qed jawgura lit-tliet irġiel meta jaslu lura mas-segretarju tal-istat, Mike Pompeo, li kien fi Pyongyang biex jirranġa d-diskussjonijiet pjanati.

Kim Hak-song, Tony Kim and Kim Dong-chul kienu weħlu l-ħabs wara attivitajiet kontra l-istat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend