Jacques Scerri mhux se jkompli jmexxi lil Ħamrun Spartans | One News

Notifiki

Jacques Scerri mhux se jkompli jmexxi lil Ħamrun Spartans

Jacques Scerri mhuwiex ser ikompli jmexxi lit-tim ta’ Ħamrun Spartans hekk kif mistenni li jittermina l-kuntratt mal-klabb.  Sorsi viċin ONE Sport ikkonfermaw li riċentament nqala’ diżgwit bejn iż-żewġ partijiet bl-istess Scerri ħass li jkun aħjar li ma jkomplix bħala kowċ tat-tim. Anke Ryan Pulis u Gregory Degabrielle, li kienu l-assistenti ta’ Scerri, mhumiex mistennija li jkomplu bl-avventura tagħhom ma’ Ħamrun.

Huwa mifhum li jista’ jkun hemm plejers li kienu parti mit-tim fl-istagun li għadda li jsegwu l-passi ta’ Scerri hekk kif jidher li għal dawn l-aħħar ġimgħat ma irċivewx l-ħlas dovut lilhom.

Bla dubju t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ Scerri ser tkompli twitti t-triq sabiex Giovanni Tedesco jieħu f’idu t-tmexxija ta’ Ħamrun Spartans.

Intant ftit tal-ħin, anke it-tim manager tal-istess Ħamrun Etienne Vella ħabbar li ser jkun qed jieqaf milli jservi bħala team manager u direttur fi ħdan il-klabb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend