Is-Segretarju tal-Istat Amerikan iżur il-Korea ta' Fuq | One News

Notifiki

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan iżur il-Korea ta’ Fuq

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo jinsab ġewwa l-Korea ta’ Fuq biex jiffinalizzaw id-dettalji dwar is-summit li għandu jsir din is-sena bejn Donald Trump u Kim Jong Un.

Dawn din iż-żjara, il-President Amerikan Donald Trump qal li ntlaħaq ftehim dwar meta u fejn se jsir dan is-summit, iżda s’issa għadha ma ġiet żvelata l-ebda informazzjoni. Trump żied jgħid li jekk ikun hemm ftehim bejniethom se tgawdi d-dinja kollha.

Pompeo se jkun qiegħed jagħmel talba lil Mexxej Korean biex jingħataw il-ħelsien mill-ħabs ta’ tliet Amerikani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend