Il-Korea ta' Fuq teħles tliet priġunieri Amerikani | One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq teħles tliet priġunieri Amerikani

Wara l-laqgħa li saret bejn is-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo u Kim Jong Un, inħelsu it-tliet pruġunieri Amerikani li kienu miżmuma ġewwa l-Korea ta’ Fuq.

Dan sar magħruf permezz ta’ tweet li għamel il-President Amerikan fejn qal li t-tliet priġunieri se jkunu meħlusa u li jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Imbagħad fi tweet oħra kiteb li se jkunu qegħdin jaslu l-Istat Uniti ġewwa l-Bażi ta’ Andrews u għandhom jaslu għas-sagħtejn ta’ filgħodu ħin Amerikan.

        Kim Dong Chul

It-tlett priġunieri kienu akkużati li kienu attivisti kontra l-istat Korean.

Kim Dong Chul kien arrest fit-2 t’ Ottubru tal-2015, fejn kien sid ta’ ħanut f’Rason, fil-Korea ta’ Fuq. Huwa kien akkużat li spjuna kontra l-Gvern Korean. F’April 2016, is-Sur Kim weħel għaxar snin ta’ xogħol iebes.

          Tony Kim      

Tony Kim huwa professur li ġie arrestat waqt li kien qiegħed xahar fil-Korea ta’ Fuq bħala guest lecturer ġewwa l-Università ta’ Pyongyang tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Tony kien arrest fit-22 t’April 2017 ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Sunan. Qabel ma żar il-Korea ta’ Fuq, Tony Kim kien professur fl-Università ta’ Yanbian tax-Xjenza u t-Teknoloġija, li tinsab fil-belt Ċiniża ta’ Yanji.

       Kim Hak Song

Kim Hak Song kien jaħdem ukoll ġewwa l-Università ta’ Pyongyang u ġie arrestat fis-6 ta’ Mejju 2017.

Mhuwiex magħruf jekk Tony Kim u Kim Hak Song ingħataw sentenza ta’ priġunerija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend