ARA: Il-kantant li se jkanta s-sigla uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja se jkun f'Malta ftit jiem wara – Derulo | One News

Notifiki

ARA: Il-kantant li se jkanta s-sigla uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja se jkun f’Malta ftit jiem wara – Derulo

L-artist Amerikan Jason Derulo li se jkun parti mil-Isle of MTV, ħareġ ukoll il-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja bl-isem ta’ ‘Colors’.

Din il-kanzunetta li hija wkoll miktuba minn Derulo għandha messaġġ li tgħaqqad popli sħaħ flimkien sabiex jiċċelebraw l-enerġija sportiva minkejja d-differenzi.

Jason Derulo se jkun wieħed mill-artisti li se jieħdu sehem fl-Isle of MTV, li ser issir fis-27 ta’ Ġunju fuq il-Fosos tal-Furjana.

Hawn taħt tista’ tara l-video uffiċjali tal-kanzunetta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend