12,000 student jattendu skola sajf kull sena | One News

Notifiki

12,000 student jattendu skola sajf kull sena

Hekk kif is-sħana tibda żżid, is-sena skolastika tersaq lejn tmiemha u s-sajf jibda riesaq bilmod, tnax il-elf tifel u tifla ta’ bejn it-tliet snin u s-sittax il-sena japplikaw biex tul is-sajf jattendu Skola Sajf.

Għal snin twal, tul it-tlett xhur tas-sajf, SkolaSajf serviet ta’ post fejn l-istudenti jistgħu jibqgħu attivi u jimlew il-jiem tal-btajjel tas-sajf permezz ta’ sistema edukattiva mhux konvenzjonali li tiġbor fiha tagħlim permezz ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi u kulturali.

ONE News żar l-iSkola San Injazju fis-Siġġiewi fejn għadd ta’ studenti ta’ etajiet differenti lesti biex hekk kif tagħlaq is-sena skolastika jibdew jattendu SkolaSajf. Kieron u Charlon Dimech, żewġ aħwa li ser jattendu qalu li minkejja li jmorru l-iskola fis-sajf, xorta waħda jgawdu dan iż-żmien ta’ btajjel.

 

Rodianne Haber, waħda mil-kordinaturi f’din l-iskola stqarret li tul is-sajf Il-kurituri u l-klassijiet jintlew bl-enerġija u bl-entużjażmu tat-tfal u l-staff li jaħdem magħhom.

Niddeskriviha bħala atmosfera enerġetika mhux biss mit-tfal imma anke mill-staff li jaħdmu magħhom. Il-fatt li wara sena skolastika intensiva dawn qed jiġu bi ħġarhom u jieħdu sehem f’attivitajiet fiżiċi, kulturali u ħarġiet organizzati mill-programm ta’ skola sajf hija esperjenza ta’ sodisfazzjon.

David Chircop, il-Kap tal-Programmi fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi stqarr li din is-sena tfassal programm bil-ħsieb li jolqot it-tema tal-Valletta 2018. Kien għalhekk li ħasbu biex jinkludu attivitajiet li jolqtu l-kultura mhux tanġibbli fosthom il-mużika, il-lingwa u t-tisjir tradizzjonali.

SkolaSajf tibda fis-sittax ta’ Lulju u tispiċċa fis-sebà ta’ Settembru u l-applikazzjonijiet jistgħu isiru mill-website tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi jew mill-Skejjel Primarji

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend