Winston Muscat mhux se jibqa' jmexxi lil Żebbuġ Rangers | One News

Notifiki

Winston Muscat mhux se jibqa’ jmexxi lil Żebbuġ Rangers

ONE Sports jinsab infurmat li Winston Muscat mhux ser jibqa’ jmexxi lil Żebbuġ Rangers matul l-istaġun li ġej.

Muscat spiċċalu l-kuntratt mar-Rangers u jidher li l-intenzjoni tal-klabb kienet li jibqgħu jaħdmu ma’ Muscat iżda jidher li l-kowċ jixtieq avventura ġdida.

Żebbuġ, matul l-istaġun li għadda spiċċaw fir-raba’ post tal-klassifika b’total ta’ 47 punt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend