L-aħħar xahar għal Lufi man-nursery tal-Floriana | One News

Notifiki

L-aħħar xahar għal Lufi man-nursery tal-Floriana

Sorsi vicin ONE Sport ikkonfermaw  li Edmond Lufi mhux mistenni jibqa’ Head coach tan-Nursery ta’ Floriana hekk kif jintemmlu l-kuntratt fit-tmiem ta’ dan ix-xahar.

Lufi ilu fit-tmexxija tan-nursery tal-greens għal dawn l-aħħar sena u nofs u l-amministrazzjoni ta’ Floriana xtaqet li tkompli bil-ħidma ma’ Lufi iżda jidher li l-ex kowc ta’ Mosta u San Gwann fost l-oħrajn jixtieq li jerġa’ jmexxi klabb tal-kbar u mhux iżjed nursery.

Fost it-timijiet interessati jidher li hemm il-Melita, għalkemm jidher li mhux huma biss jixtiequ s-servizzi tal-Albaniż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend