L-2017 sena suċċess għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta | One News

Notifiki

L-2017 sena suċċess għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Is-26 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mmarkat sena suċċess ghall-kumpanija.

Filfatt, l-2017 rat il-wasla rekord ta’ xejn inqas minn 6,000,000 passiggieri. Żieda ta’ miljun passiggier fuq l-2016.

Is-sena li ghaddiet fissret ukoll l-akbar dħul fl-istorja tal-Ajruport; dak ta’ €82,000,000.

Matul l-2017, l-Ajruport irreġistra profitti rekord ta’ €24,000,000.

Kien hemm ukoll investiment ta’ €12,000,000 fit-Terminal; li minkejja ra x-xogħol għaddej f’kull rokna tal-Ajruport xorta rebaħ premju tat-tieni l-aqwa Ajruport fl-Ewropa.

Il-linji tal-ajru li kkontribwixxew l-aktar għal dan is-suċċess kienu RyanAir, Air Malta, Easy Jet, Lufthansa u Wizz Air.
L-akbar suq baqa’ r-Renju Unit; bl-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju jsegwu rispettivament.
U b’sena rekord fl-isfond, l-Ajruport qed jistenna li l-2018 tkun sena li tiżboq is-suċċessi miksuba fl-2017.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jaspira li fl-2018 jirreġistra l-wasla ta’ 6,500,000 passiġġier, jagħmel €28,000,000 fi profitti, u jiżviluppa l-Cargo Village u l-Airfield.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend