Keith Schembri jiċħad allegazzjonijiet riċiklati f’ The Times – One News

Notifiki

Keith Schembri jiċħad allegazzjonijiet riċiklati f’ The Times

B’referenza għal artiklu ppublikat fil-faċċata tat-Times of Malta tal-lum, Keith Schembri qal li l-istorja ppublikata rigward il-kumpanija Colson, li kienet inkorporata snin qabel ma hu sar Chief of Staff tal-Prim Ministru, tikkonferma b’mod aċċidentali dak li kien ilu jgħid, li l-awtoritajijiet kompetenti analiżżaw l-affarijiet u l-istrutturi tas-Sur Schembri u li ma nstab xejn ħażin. Infatti, qatt ma kienet nġibdet l-attenzjoni tas-Sur Schembri.

L-istqarrija ta’ Keith Schembri ittemm tgħid li dan juri kif is-saltna tad-dritt qiegħda taħdem kif suppost, għal kontrarju tal-assunzjoni tat-Times li issib ħtija fuq sempliċiment allegazzjoni, xi ħaga li l-gażżetta donna trid tibqa tagħmel b’disprament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend