L-Arċidjoċesi Maltija ser tibbenefika minn 2.2 miljun ewro f’fondi mill-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni, protezzjoni u promozzjoni ta’ wirt kulturali ekkleżjastiku.
Total ta’ 15-il knisja se jgawdu minn dawn il-fondi wara li applikaw għal dan il-proġett li jkopri fondi għas-snin 2014-2020.
Fost il-parroċċi li se jgawdu hemm: Attard, Balzan, Birkirkara (Santa Liena), Birkirkara (Santa Marija), Dingli, Gharghur, Marsaxlokk, Mdina, Mġarr, Mellieħa, Mosta (li tinkludi wkoll il-Bidnija), Naxxar, Raħal Ġdid (Kristu Re), Rabat u Tarxien.
Illum ġiet ippreżentat ittra formali Minn Dr. Aaron Farrugia; Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u Djalogu Soċjali lil Michael Pace Ross li huwa c-chairperson tal-Fondazzjoni għall-Wirt Kulturali fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta. Pace Ross wassal ir-ringrazzjament tal-Arċisqof ta’ din il-ħidma.