Spettaklu kbir fil-Port il-Kbir f'Sette Giugno | One News

Notifiki

Spettaklu kbir fil-Port il-Kbir f’Sette Giugno

Nhar il-Ħamis sebgħa ta’ Ġunju se ssir il-Pageant of the Seas, li tifforma parti mill-kalendarju tal-attivitajiet b’rabta mal-Valletta elfejn u tmintax.

Bil-Port il-Kbir fl-isfond, it-Tnejn wara nofsinhar tħabbar il-programm ta’ din l-attivita, li qed tara r-ritorn wara li kienet saret fl-elfejn u sittax.

Iċ-chairman tal-Valletta elfejn u tmintax Jason Micallef spjega kif għal din l-attivita saret ħidma biex dik li saret sentejn ilu tkun ferm ikbar fid-dawl taċ-ċelebrazzjonijiet b’rabta mal-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Il-programm tas-sebgħa ta’ Ġunju se jkun maqsum fi tnejn, bl-ewwel parti se tibda fl-erbgħa w nofs ta’ wara nofsinhar.

Dawn jikkonsistu mit-Tellieqa Toni Bajjada, il-Wasla tal-Palju, li fiha numru kbir ta’ dgħajjes jakkumpanjaw il-Fernandes imżejjen bil-Kavallieri, ir-Regatta tal-Palju, it-Tellieqa Telliqun, l-Għawma Toni Bajada u wirja ta’ powerboats.

Dan filwaqt li bejn id-disgħa u l-ħdax ta’ filgħaxija ikun hemm programm ieħor, bl-għeluq mistenni jkun wieħed spettakolari, bl-involviment ta’ tlett kmamar tan-nar.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, id-Direttur Artistiku Mario Philip Azzopardi ma riedx jiżvela ħafna dettalji, hekk kif sostna li ħadd m’għandu jitlef il-Pageant of the Seas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend