Transport Malta ser tibda x-xogħlijiet t’asfaltar fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan, fiż-żewġ direzzjonijiet, mil-lejla.
Ix-xogħol ser jibda fit-8.00 ta’ filgħaxija sal-5.00 ta’ filgħodu u mistenni jkompli għaddej fl-iljieli ta’ wara. Entitajiet oħra ser ikunu qed jgħaddu servizzi distributorji ġodda fl-istess triq ukoll.
Waqt ix-xogħol, din it-triq ser tkun magħluqa għat-traffiku mit-08.00 ta’ filgħaxija filwaqt li l-aċċess għat-trasport pubbliku ser jingħalaq fid-09.00 ta’ filgħaxija. Waqt li triq tkun magħluqa, t-traffiku ser jgħaddi minn Triq Mikiel Anton Vassalli.
It-triq ser tkun aċċessibbli għat-traffiku f’kull direzzjoni matul il-jum.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex jużaw toroq alternattivi u jsegwu d-direzzjonijet, prekawzjonijiet u limit ta’ veloċita’ kif immarkati fuq is-sinjali tat-traffiku li twaħħlu temporanjament fuq il-post. L-Awtorita’ tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema.