Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo uża s-sit soċjali Facebook sabiex jinsulta u jikteb kliem dispreġġjativ fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Ivan Bartolo xerred filmat ta’ intervista li kellu l-Prim Ministru fuq ic-CNN. Miegħu kiteb kliem oxxen u ta’ tgħajjir fil-konfront tal-Prim Ministru.
Bartolo xerred dan il-filmat permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook. Iżda jirriżulta li d-deputat Nazzjonalista bagħat il-messaġġ lil persuna żballjata.
L-aġir u t-tgħajjir mid-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo wassal għal reazzjoni ta’ rabja. Hekk kif ħafna ma stennewx li Bartolo kien se jasal jikteb dan il-kliem.
Filfatt, Ivan Bartolo kellu jikteb u jiġġustifika għaliex kiteb dan it-tip ta’ tgħajjir fil-konfront tal-Prim Ministru.
Fuq il-profil tiegħu, Ivan Bartolo qal li l-filmat tal-intervista tal-Prim Ministru irċievih u bagħtu lill-ħabiba tiegħu. Iżda bi żball bagħtu lil persuna żballjata.
Ħalef li l-kliem fuq il-filmat ma rahx. Filwaqt li skuża ruħu.
L-aġir tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo seħħ ftit jiem wara li d-deputati tal-oppożizzjoni għajru lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli fil-Parlament.
Attakki li sar għax għamlet argument different mid-deputat Marlene u Godfrey Farrugia dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF.
Bid-deputat Marlene Farrugia sejħitilha pulċinella.
It-tgħajjir fil-konfront tas-Segretarju Parlamentari ma kienx biżżejjed hekk kif fil-paġna uffiċjali tal-Partit Demokratiku ttella’ status bil-kliem “when village escorts become MPs, you know the country is in the pits.”