ARA: Operazzjoni delikata biex ittellgħu żewġt irġiel li waqgħu f'xaft | One News

Notifiki

ARA: Operazzjoni delikata biex ittellgħu żewġt irġiel li waqgħu f’xaft

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li lbieraħ filgħaxija waqgħu għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Kien is-sehem ta’ uffiċjal u tmien pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li wassal biex iż-żewġt irġiel ta’ nazzjonalità barranija jittellgħu minn xaft dejjaq bejn żewġ binjiet fi Triq Patrick Bryton f’San Ġiljan.

Minħabba n-nuqqas ta’ spazju u aċċessibilità, l-operazzjoni ta’ salvataġġ ħadet madwar sagħtejn, fejn imbagħad l-irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei u ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend