San Ġiljan u Birżebbuġa jirbħu l-Kampjonati tax-Xitwa | One News

Notifiki

San Ġiljan u Birżebbuġa jirbħu l-Kampjonati tax-Xitwa

It-tim ta’ San Ġiljan TUM Invest rebaħ il-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo meta ilbieraħ fil-finali rebħu kontra Sirens Greentube 7 – 6.  Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 2 -1 iżda tilfu t-tieni u t-tielet sessjoni 2 – 0 u 2 – 1 rispettivament.  It-tim minn San Pawl il-Baħar rebaħ l-aħħar sessjoni 3 – 2.

L-aħjar skorer għal San Ġiljan kien Matthew Zammit b’4 goals filwaqt li John Brownrigg kien l-aħjar skorer għal Sirens b’żewġ goals.

Fit-tmiem il-finali, Anthony Scicluna f’isem l-Bank of Valletta ippreżenta t-trofew liċ-champions San Ġiljan.

Intant Birżebbuġa rebħu l-Kampjonat tax-Xitwa tal-ewwel diviżjoni meta fil-finali rebħu lil Marsascala 5 – 3.  Fit-tmiem il-partita Birżebbuġa ġew preżentati ukoll bit-tazza ta’ champions.

Il-Kampjonat tas-Sajf jibda fi tmiem l-ġimgha li ġejja bil-finali tal-Għaqda urĠnalisti Sport u t-Tazza tal-President.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend