Tim Spanjol ta’ salvataġġ marittimu 476 migrant li kienu qed jaqsmu l-Mediterran mill-Afrika sabiex ifittxu ħajja aħjar.
Il-migranti ġew salvati minn fuq 15-il dgħajsa l-Ġimgħa u s-Sibt fejn qed jiġi rrapportat li ħadd ma tilef ħajtu.
Intant għaqda li ma tgħamilx qliegħ salvat 105 migrant qrib il-Libja waqt azzjoni ta’ salvataġġ illum.