Ryan Fenech mhux ser jibqa' ma' Balzan | One News

Notifiki

Ryan Fenech mhux ser jibqa’ ma’ Balzan

Futur inċert għal midfielder ta’ Balzan F.C. Ryan Fenech hekk minn sorsi sostnew li jidher li Fenech mhux ser ikompli jilgħab għal Balzan minkejja li fadallu sentejn kuntratt mal-istess tim.

Huwa mifhum li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet biex Fenech ikun jista’ jħalli lill-klabb wara tliet snin jilgħab għalihom.

Din l-aħbar bla dubju ser tqajjem interess f’bosta timijiet kbar li ser ikunu qed juru interess fis-servizzi tal-midfielder internazzjonali Malti.

Ritratt: Joe Borg

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend