Il-Valletta Green Festival ta’ din is-sena għal darboħra reġa’ kien wieħed suċċess.
Spikka partikolarment il-fatt li l-infjorata ta’ din is-sena fi Pjazza San Ġorġ, saret b’ tali mod li wieħed jista’ jidħol jispassiġa fiha.
Dan hekk kif ħadet il-forma ta’ ġnien, xi ħaġa lill-Belt Valletta huwa nieqes minnha.
Suċċess li dwaru qalilna iżjed Albert Dimech mill-Fondazzjoni Valletta elfejn u tmintax, l-organizzattur ewlieni ta’ din l-attività.
Idawru l-infjorata fil-qalba tal-Belt Valletta kien hemm għadd ta’ bankarelli.
Attrazzjoni partikolari kienet il-ġnien li nbena fuq il-bini antik fil-qalba tal-Belt Valletta.
Dan bil-għan li aktar nies jitħajjru jibnu bejt imġaddar sabiex eventwalment jintlaħqu l-miri ambjentali u tal-enerġija.
L-attendenza tal-pubbliku għal dan il-festival xehdet l-interess li l-poplu Malti għandu għall-ambjent naturali ta’ pajjiżna.
Apparti l-attivitajiet fiċ-ċentru tal-Belt Valletta nfetħu għadd ta’ kunventi b’ mod partikolari l-ġonna tagħhom madwar il-Belt Valletta – ewlenin fosthom dak tas-sorijiet tal-klawsura u ta’ San Duminku.