F-ewwel Ħadd ta’ Mejju ġie ċċelebrat il-jum dinji tad-daħk.
Madwar id-dinja din il-ġurnata tittieħed b’ tant serjeta b’eluf ta’ persuni jisfurzaw irwieħhom sabiex jidħku jew inislu xi tbissima, xi ftit aktar mis-soltu.
Imma kif jgħidu tbisisma sfurzata u artifiċjali qatt ma’ tista tnissel tbissima fuq fomm ħaddieħor.
F’ mawra sal-Belt Valletta – ONE News staqsa lil xi nies li kienu qed igawdu l-ġurnata sabiħa tal-Ħadd dwar din il-ġurnata – iżda ftit kienu jafu li teżisti din il-ġurnata li fiha niċċelebraw litteralment id-daħk.
U għalhekk id-daħka fuq fommom żgur li ma’ kinetx waħda sfurzata.
Iżda l-Maltin u t-turisti li jiġu f’ pajjiżna għaliex jidħku?
Intant, għal snin twal diversi tobba u xjentisti studjaw l-effetti fiżjoloġiċi u psikoloġiċi fuq in-nies tad-daħk.
Tant li diversi ġelotologi matul is-snin sabu kif id-daħk, evolva mill-imġiba tal-antenati tal-umani waqt li kienu jkunu ma’ xulxin.
Jum id-daħk beda jiġi ċċelebrat sabiex eventwalment iżjed nies jitgħallmu jidħku u b’ hekk id-dinja tasal għall-iżjed paċi.