Wasal il-ħin biex it-43 parteċipanta tal-Eurovision Song Contest jimxu fuq it-tapit il-blu biswit ix-xmara Tagus f’Lisbona għaċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ tal-Eurovision.
Dan hekk kif fost il-parteċipanti se jkun hemm Christabelle li qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Taboo fejn fuq it-tapit il-blu, il-parteċipanti se jkunu qed jitkellmu mal-midja biex fost l-oħrajn jgħidu x’lebsin u ta’ liema disinjatur u kif ukoll ftit informazzjoni dwar il-prestazzjoni li se jkunu qed jagħtu fil-jiem li ġejjin.