Valletta Jirbħu l-FA Trophy 2-1: Dopjetta | One News

Notifiki

Valletta Jirbħu l-FA Trophy 2-1: Dopjetta

Goals minn Kyrian Nwoko u Santiago Malano kienu biżżejjed biex Valletta jagħmlu ċert mir-rebħ tal-FA Trophy meta fil-finali li intlagħbet illum fl-stadium nazzjonali f’Ta Qali huma ghelbu lir-rivali Birkikara 2 – 1.

Għal Birkirkara skorja s-sostitut Ognjen Rolovic tlett minuti mit-tmiem.

Quddiem l-akbar attendenza tal-istaġun, b’kollox 7013, Valletta iddominaw l-partita u kien jimmerithom li jirbħu l-finali biex b’hekk għamlu d-double wara li ħmistax ilu rebħu l-24 kampjonat fl-storja tagħhom.

Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo ippreżenta t-trofew lill-Captain ta’ Valletta Ryan Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend