L-eks kowċ ta’ Manchester United Sir Alex Ferguson ittieħed l-isptar b’emerġenza wara li ma bediex iħossu tajjeb fir-residenza tiegħu f’Cheshire.
Huwa mifhum li wkoll sarlu intervent mediku permezz ta’ operazzjoni wara li kellu emoraġija fil-moħħ. Madankollu sorsi qrib l-eks kowċ qalu li l-intervent mediku kien suċċess.