Mibni s-sitt l-itwal pont fid-dinja – One News

Notifiki

Mibni s-sitt l-itwal pont fid-dinja

B’investiment t’20 biljun inbena s-sitt l-itwal pont fid-dinja. Il-pont  Hong Kong-Zhuhai-Macau huwa l-iktar pont twil fuq il-baħar hekk kif hu twil madwar 55 kilometru.

Il-pont huwa mibni fuq ix-Xmara Pearl River Delta biex jgħaqqad liċ-Ċina u Honk Kong. Minn meta ġie żvelat il-pjan, il-proġett  qajjem kontroversja kbira.

Dan hekk kif bosta qed jarawh bħala simbolu tas-saħħa politika taċ-Ċina u mod ieħor kif twassal l-influwenza reġjonali tal-pajjiż.

Madankollu proġett ta’ dan il-kobor wera kemm iċ-Ċina hija kapaċi tibni strutturi ta’ dimensjonijiet estremi.  Fil-fatt f’punti minnhom dak li jkun għaddej fuq il-pont ma jibqax jara art u jispiċċa litteralment bejn sema u ilma.

Bosta kkritikaw dan il-pont u saħqu li ma kienx hemm bżonn ta’ dan l-infieq meta diġa hemm modi oħrajn bl-ajru u bil-baħar ta’ kif wieħed jasal minn naħa għall-oħra. Dan filwaqt li teżisti wkoll rotta fuq l-art biex wieħed jaqsam ix-xmara.

Għalhekk dan il-pont qed jitqabbel ma’ kurdun ta’ tarbija li jqabbad lill-wild mal-omm. Bl-istess mod iċ-Ċina trid turi li hija l-art materna li tforni lil Hong Kong.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend