Johann Scicluna mhux ser jibqa’ kowċ ta’ Mosta fl-istaġun li ġej – One News

Notifiki

Johann Scicluna mhux ser jibqa’ kowċ ta’ Mosta fl-istaġun li ġej

Johann Scicluna mhux ser jibqa’ kowċ ta’ Mosta fl-istaġun li ġej. Dan wara li ilbierah informa wħud mill-għola membri fi ħdan it-tmexxija tal-klabb li mhux ser ikompli.

Il-kuntratt ta’ Scicluna ma’ Mosta ġie fit-tmiemu mat-tmiem l-istaġun u l-ewwel indikazzjonijiet kienu juru li l-avventura bejn iż-żewġ partijiet kienet ser tkompli wara li Mosta għal żewġ staġuni konsekuttivi, taħt il-gwida tal-istess Scicluna, irnexxilhom jibqgħu jilagħbu fl-għola diviżjoni tal-futbol Malti.

It-tmexxija ta’ Mosta riedet tistenna li ssir l-laqgħa ġenerali annwali qabel tibda tinnegozzja mal-kowċ tat-tim għal staġun li ġej għalkemm skond sorsi viċin din il-paġna jidher li Scicluna xorta ma kienx l-għażla awtomatika tad-diriġenza.

L-istess sorsi qalulna li x-xewqa ta’ wħud li bħalissa jifformaw parti mill-kumitat ta’ Mosta hija li jirritorna fit-tmexxija tat-tim l-ex kowċ ta’ Mosta stess Enrico Piccione.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend