Ipprova jbiegħ il-kannabis f'Paceville | One News

Notifiki

Ipprova jbiegħ il-kannabis f’Paceville

Raġel ingħata sentenza ta’ sena ħabs u weħel mitejn ewro multa wara li nstab ħati li pprova jbiegħ il-kannabis f’Paceville.

Il-Libjan ta’ sebgħa u għoxrin sena li jgħix fl-Imsida, kien arrestat f’Settembru li għadda wara li kien osservat mill-pulizija joħroġ il-kannabis miż-żarbun u jagħtiha lil turist Taljan.

Meta xehed, Allagi ċaħad li qatt biegħ id-droga u qal li kien xtara nofs gramma kannabis minn raġel Somalu u qasama ma’ xi tfajliet.

Huwa qal li minkejja li t-tfajliet offrewlu l-flus, huwa rrifjutahom.

Il-Qorti qalet li ma kien hemm l-ebda dubju dwar il-ħtija tar-raġel fuq dan il-każ, iżda l-prosekuttiva ma ppruvatx li kien reċediv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend