ARA: Malta lejn Sardinja mill-Ħadd li ġej | One News

Notifiki

ARA: Malta lejn Sardinja mill-Ħadd li ġej

Mill-Ħadd li ġej il-linja Nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tersaq pass eqreb lejn il-mira tagħha, dik li ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran. Dan hekk kif se jkunu qed jibdew it-titjiriet minn Malta għall-Kaljari, f’Sardenja.

Iċ-Ċermen tal-Air Malta, Charles Mangion, qal li t-titjiriet se jkunu qed jitilqu u jaslu kull nhar ta’ Ħadd u Erbgħa, u fi kliemu huma ideali biex dak li jkun iħalli, jew jiġi f’pajjiżna, għal btala qasira.

Dr Mangion qal għall-Air Malta dan ifisser pass importanti ieħor.

Għall-Air Malta dan ifissre sifnifikat ieħor.. is-sinifikat huwa li dan ikompli tista’ tgħid it-tieni pass, fejn fi Sqallija kabbarna ħafna l-konnessjonijiet, u ninsabu magħqudin mal-ibliet kollha hemm.. u issa morna għall-gżira oħra Sardejna.

Spjega li l-Air Malta għaddejja bi programm ta’ tkabbir, li minkejja li fih ħafna sfidi, huwa wieħed li qed iħalli r-riżultati.

Waqt li faħħar ix-xogħol tal-ħaddiema, Dr Mangion appella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd, fejn saħaq li hemm bżonn li biex il-kumpanija tilħaq l-għanijiet tagħha, dawk kollha involuti jiġbdu ħabel wieħed.

Huwa programm ta’ espansjoni, programm mimli sfidi, programm li jeħtieġ il-koperazzjoni sħiħa ta’ kulħadd, u il-good faith fil-koperazzjoni, ta’ kulħadd.. kemm minn naħa tagħna bħala amministrazzjoni, kif ukoll minn naħa tal-impjegati kollha.

Żied li l-Air Malta tinsab fir-rotta mixtieqa, u minkejja li għadhom ma ntlaħqux il-miri aħħarin, jidher li d-destinazzjoni mixtieqa mhijiex fil-bogħod. Qal li waqt li fil-passat kienu jiġu diskuss sussidji, din is-soluzzjoni llum lanqas biss għadha tissemma.

Fix-xhur li ġejjien mistennija jibdew titjiriet lejn l-ajruport ta’ Southend f’Londra u minn Katanja lejn Londra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend