ARA: L-Imdina lura għall-Medju Evu | One News

Notifiki

ARA: L-Imdina lura għall-Medju Evu

Għall-sena oħra l-Imdina qed terġa’ tgħix iż-żminijiet imgħoddija waqt il-Festival tal-Medjuevu.  Dan il-festival din is-sena qed jiċċelebra l-għaxar sena tiegħu u għal-sena oħra qed jiġbed lejh numru kbir kemm ta’ Maltin kif ukoll ta’ turisti.

 Temporanjament, m’għadux jirrenja s-skiet fil-Belt tal-Imdina, dan hekk kif ħadet nifs medjevali.  Kull min jiġi hawnhekk f’dawn il-jumejn tal-festival jista’ jimraħ lura lejn is-sekli erbatax u ħmistax, kif kienet l-Imdina dak iż-żmien.  Dan hekk kif it-toroq huma mimlijin kavallieri, ħaddiema u personaġġi ta’ dak iż-żmien.

Tul it-toroq tal-Imdina wieħed seta’ jara wkoll bosta bejjiegħa tal-artiġġjanat li wkoll kienu lebsin kostum medjevali waqt li kienu qed ibiegħu l-prodotti tagħhom.   Qalb dawn il-bejjiegħa iltqajna ma’ Doreen Vella li kienet qed tbiegħ it-twapet minsuġa tradizzjonalment.  Hija spjegatilna kif ir-raġel tagħha huwa wiehed minn żewġ persuni f’pajjiżna li għadu jaqla’ l-għixien tiegħu mis-sengħa tal-insiġ.

In-nies ifittxuħ anke għax id-djar fuq stil antik u anke jħalltu l-modern mal-antik, huma prattiċi ħafna għax jinħaslu jiġifieri u jfittxuhom. .    Sinċerament ma tantx baqa’. Ir-raġel qiegħed wieħed mill-ftit li baqa’, li jagħmlu bħala xogħol tiegħu mhux bħala hobby.  Is-sengħa qiegħda tmut, is-snajja qiegħda tmut.

Wieħed seta’ jara wkoll għadd ta’ re-enactments storiċi.  Dan filwaqt li l-grupp taljan ‘Compagnia La Giostra’ li jdoqq mużika medjevali, etnika u Siċiljana kompla jagħmel l-atmosfera waħda interattiva hekk kif bosta Maltin u turisti spiċċaw jiżfnu mal-mużika tagħhom.  Matul il-ġurnata tal-Ħadd wieħed issa għandu l-aħħar opportunità li jesperjenza l-ħajja medjevali ġewwa l-eqdem belt kapitali ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend