Nuqqas ta' fondi biex jieħdu ħsieb l-annimali abbandunati | One News

Notifiki

Nuqqas ta’ fondi biex jieħdu ħsieb l-annimali abbandunati

Bosta persuni li għandhom l-annimali għal qalbhom qed jappellaw bil-ħniena biex kull min jista’, jagħti donazzjoni ta’ mqar €2.33 lill-Assoċjazzjoni għal Annimali Abbandunati. 

Dan hekk kif din l-assoċjazzjoni sfortunatament spiċċawlha l-fondi biex jieħdu ħsieb l-annimali għandhom fil-kura tagħhom, fosthom ‘il fuq minn 80 kelb li sfa abbandunat.

Kienu mijiet ta’ persuni li bdew ixerrdu dan il-messaġġ bit-tama li bosta jilqgħu din is-sejħa u jagħtu mill-ftit li jistgħu biex mhux biss jgħinu lill-assoċjazzjoni iżda biex minn dawn il-fondi jibbenefikaw l-annimali li sfortunatament il-ħajja ma tantx tbissmitilhom.

Kull min hu interessat li jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ billi jibgħat messaġġ vojt fuq in-numri t’hawn isfel, skont id-donazzjoni li wieħed ikun irid jibgħat.

50617350 €2.33 
50618060 €4.66 
50618910 €6.99 
50619200 €11.66

Dawn il-fondi se jkunu qed jgħinu lill-assoċjazzjoni biex jagħmlu xogħol ta’ tisbiħ f’binja vojta li ngħatat lill-AAA biex fiha jżommu lill-annimali abbandunati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend