L-ikbar koperattiva tar-riċiklaġġ f’pajjiżna, il-GreenPak, laqgħat il-publikazzjoni ta’ konsultazzjoni mill-gvern dwar l-iskema tar-refużjoni tal-kontenituri tax-xorb.
Fi stqarrija il-GreenPak innutat kif il-gvern addotta wħud mill-proposti li l-GreenPak kienet għamlet u li hu mportanti li kulħadd jifhem li l-użu tal-metall, plastik u ħġieġ jmur lil hinn minn sempliċiment użu għal kontenituri tax-xorb u li irid isir sforz minn kulħadd biex isir ir-riċiklaġġ b’mod sostenibbli.
Is-sena l-oħra l-GreenPak ġabret ftit iżjed minn 60% tal-plastik mpoġġi fis-suq mill-1,600 kumpanija li tappoġġja is-servizzi provduti mill-koperattiva. Il-GreenPak tagħti sevizz fuq bażi kuljum lil madwar 70% tal-popolazzjoni Maltija.