Hekk kif issa ħarset id-dilettanti tal-futbol dahret lejn il-finali tal-UEFA Champions League, f’ pajjiżna diversi partitarji ta’ Liverpool, li huma bl-eluf f’ pajjiżna, bdew jaħsbu sabiex fis-sitta u għoxrin ta’ Mejju jerħulha lejn Kiev fl-Ukraina sabiex isegwu din il-finali mhux mistennija, hekk kif Liverpool taw sorpriża f’dan il-kampjonat.
Il-biljetti għal din il-logħba diġà leħqu l-prezz minimu ta’ elf u mitejn ewro u xi drabi jitilgħu anke sa elf u sitt mitt ewro kull persuna.
Minkejja dawn il-prezzijiet ferm għoljin għal-logħba futbol li iżda hi prestiġjuża, diversi Maltin diġà ddiskuttew mal-linja tal-Ajru Nazzjonali, il-possibilità ta’ titjira diretta lejn Kiev u lura dakinhar stess tal-logħba filgħaxija.
Dan hekk kif lejl wieħed ta’ akkomodazzjoni bażika f’din il-Belt fil-jiem ta’ logħba, diġà leħaq il-prezz ta’ elfejn ewro kull persuna.
F’din il-logħba li tiġbed interess minn madwar l-Ewropa kollha, Liverpool ser jaffaċjaw iċ-champions renjanti Real Madrid.
F’Liverpool fl-Ingilterra, il-problema hija ferm akbar, hekk kif m’hemmx titjiriet diretti lejn Kiev, bil-konsegwenza tkun lill-partitarji qed jirrikoru għal Private Jets bil-prezz qares ta’ għoxrin elf sterlina bejn seba persuni.