Ragel ħelisha ħafif wara li nqaleb bil-karozza fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.
One News jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart tal-Ħamis filgħaxija fi Triq Aldo Moro meta għal xi raġuni, is-sewwieq tilef il-kontoll tal-vettura tal-għamla Hyundai Getz u nqaleb biha. Mad-daqqa l-karozza reġgħet daret u ġiet fuq ir-roti.
Fuq il-post wasllu bosta uffiċjali tal-Pulizija, flimkien ma’ ambulanza, u ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li assistew lis-sewwieq u naddfu t-triq mill-ħġieġ li nkiser.
Is-sewwieq volontarjament irrifjuta l-assistenza medika.