Il-proġett ta' Townsquare imur lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar | One News

Notifiki

Il-proġett ta’ Townsquare imur lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

It-Tribunal għar-Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar iddeċieda li l-proġett ta’ Townsquare għandu jmur lura quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Għal dan il-proġett kienu appellaw il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema flimkien ma’ għadd ta’ għaqdiet ambjentali.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal innota kif iridu jsiru numru ta’ konsultazzjonijiet mill-ġdid u jiġu ppreżentati studji fosthom tal-impatt ambjentali.

L-argument tal-appellanti fil-fatt kien li ċertu studji ma sarux jew ma kinux ippubblikati, u għaldaqstant ma setgħetx tittieħed deċizjoni sħiħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend