Merħba lix-xahar ta' Mejju – Jum il-Ħaddiem 2018 | One News

Notifiki

Merħba lix-xahar ta’ Mejju – Jum il-Ħaddiem 2018

Nagħtu merħba lix-xahar ta’ Mejju.  Dan ix-xahar huwa l-ħames xahar tas-sena fil-kalendarju Gregorjan u hu wieħed minn seba’ xhur Gregorjani b’tul ta’ 31 jum.

Ix-xahar kien imsemmi għall-alla Griega Maia, li kienet identifikata flimkien ma’ l-alla tal-fertilità ta’ l-era Rumana, Bona Dea. Il-festival tagħha kien isir f’Mejju.

F’kwalunkwe sena, l-ebda xahar ma jibda fl-istess ġurnata tal-ġimgħa ta’ Mejju. L-istess hu għax-xahar ta’ Ġunju.

Għal ħafna Maltin u Għawdxin, Mejju huwa wkoll marbut max-xahar tal-Madonna u f’dan ix-xahar fil-knejjes jindaqqu innijiet popolari bħal Fil-Ħlewwa ta’ Mejju.

Fi kważi l-pajjiżi kollha, l-ewwel ta’ Mejju huwa Jum il-Ħaddiema. Għall-Knisja Kattolika, illum huwa Jum San Ġużepp Ħaddiem. Fil-Ġermanja hemm tradizzjoni qadima li jħawlu “is-siġra ta’ Mejju” biex jagħtu ġieħ lil xi ħadd.

F’pajjiżna, jum il-ħaddiem huwa ċċelebrat u mistenni minn bosta. Il-Partit Laburista ilu jiċċelebra din il-festa għal bosta snin fejn jistieden lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jingħaqad u jiċċelebra l-kisbiet tal-ħaddiema tul is-snin.

Illum il-poplu mistenni jinġabar fi Pjazza Tritoni mit-3.00pm ‘il quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend