ARA: Il-Festival Internazzjonali Malti tan-Nar 2018 suċċess kbir | One News

Notifiki

ARA: Il-Festival Internazzjonali Malti tan-Nar 2018 suċċess kbir

Jintemm bi spettaklu kbir il-festival internazzjonali Malti tan-nar fil-Port il-Kbir. Dan wara li fil-jiem li għaddew il-festival kellu wirjiet spettakolari wkoll f’Marsaxlokk u f’Għawdex.

Flimkien mal-ispettaklu tan-nar kien hemm ukoll wirjiet mużikali minn uħud mill-aqwa artisti Maltin fuq palk li ntrama fuq il-baħar. In-nar li ttella’ waqt dan l-ispettaklu nħadem mill-kamra tan-nar ta’ Lourdes ta’ San Ġwann, ta’ San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ u ta’ San Mikiel f’Ħal Lija fejn blalen u sfejjer maħduma minn id il-professjonisti, imlew is-smewwiet tal-Port il-Kbir.

Ir-rebbieħa tas-sezzjoni piro mużikali kien dawn:

4 post: Martarello SRL mill-Italja

3 post: Phoenix Fireworks mill-Ingilterra

2 post: Fabbrika tan-nar Santa Marija, Għaxaq

1 post: Rozzi Fireworks mill-Amerka.

L-Awtorità Maltija għat-turiżmu fi stqarrija, irringrazzjat lill-parteċipanti kollha li għamlu s-17-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali Mali tan-nar suċċess kbir.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend