Akkużat li ġab id-droga għall-party Lost and Found – One News

Notifiki

Akkużat li ġab id-droga għall-party Lost and Found

Mark Anthony Vassallo inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu droga fil-pussess tiegħu.   Vassallo ta’ ħamsa u għoxrin sena minn San Pawl il-Baħar kien mixli li kellu droga kannabis u mediċina psikotropika u ristretta, li jidher li ma kienux għall-użu personali tiegħu.

Huwa kien akkużat ukoll li nhar is-26 t’April ta’ din is-sena fost l-oħrajn importa d-droga kannabis.

L-ispettur Frank Anthony Tabone rrakkonta kif wara li l-Maltapost infurmaw il-pulizija li pakkett kellu fih d-droga, il-pulizija marru fl-indirizz fejn kien destinat il-pakkett u sabu li hemmhekk joqgħod l-imputat flimkien m’ommu.

Wara tfitxijja fil-kamra tieghu, il-pulizija sabu  sitt elef ewro fi flus kontanti, żewġ kilogrammi suspettati haxix tal-kannabis, madwar kilo raża tal-kannabis u mitt pakkett b’sustanza maħsuba MDMA.

Huwa suspettat li d-droga kienet se tinbiegħ waqt il-party Lost and Found li se jsir fit tmiem din il-ġimgħa.

Il-pulizija għamlet ukoll tfittxija fil-bar tal-akkużat fejn ġew elevati  filmat tas-CCTV kif ukoll żewġ mobile phones tal-imputat.  Din it-tfittxija saret wara suspett li persuni oħra setgħu kenu nvoluti fil-każ.

Il-qorti ppreseduta mill-maġistrat Yana Micallef Stafrace  ma laqgħetx it-talba għal-ħelsien mill-arrest minħabba l-possibilità ta’ tbaghabis fil-provi u li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend