Numru ta’ missili laqtu għadd ta’ siti militari fis-Sirja l-Ħadd filgħaxija fejn qed jingħad li hemm għexieren ta’ fatalitajiet.
Il-militari tas-Sirja qalu li l-faċilitajiet f’Hama u Aleppo huma dawk li ntlaqtu.
S’issa għadu ma ġiex ikkonfermat in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom iżda grupp ta’ monitoraġġ ibbażat fir-Renju Unit qal li hemm madwar 26 ġellieda favur il-Gvern li nqatlu, bosta minnom Iranjani.