ARA: Kollox jinsab lest għall-Mass Meeting tal-Partit Laburista | One News

Notifiki

ARA: Kollox jinsab lest għall-Mass Meeting tal-Partit Laburista

Jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti fi Pjazza Tritoni għall-Mass Meeting tal-Partit Laburista.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew minn kmieni wara nofsinhar; meta għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs il-banda tal-Partit Laburista se tkun qed iddur mat-toroq tal-Belt u tispiċċa fi Pjazza Tritoni.

Fit-tlieta se jkun hemm attività li titlaq minn Pjazza Kastilja, tinżel Triq Melita, titla’ għal fejn il-Parlament u tispiċċa fi Pjazza Tritoni, fejn fuq il-palk se tkun għaddejja serata ta’ divertiment li twassal għall-qofol taċ-ċelebrazzjoni meta għall-ħabta tal-ħamsa u nofs jitkellem il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat.

Wara d-diskors se jkun hemm ukoll after party mid-DJ Alex Reflex Grech biex jagħlaq ġurnata tant importanti għall-ħadiema kollha Maltin u Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend