L-Imdina Medieval Festival – Titilfuhiex | One News

Notifiki

L-Imdina Medieval Festival – Titilfuhiex

Nhar is-Sibt 5 u l-Ħadd 6 Mejju, 2018, l-Imdina għandha terġa’ tieħu l-ħajja għall-Imdina Medevial Festival organizzata mill-Kunsill Lokali Mdina li din is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha. Matul dawn il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jgawdu minn gruppi lokali u barranin ta’ mużika medjevali, sbandieratori, illużinisti, maġija medjevali, falkunerija, għasafar tal-priża, lectures, kunċerti, suq medjevali, kċina medjevali u attivitajiet għat-tfal.

Ser ikun hemm diversi battalji fil-kantunieri tat-toroq imserpa tal-Imdina, re-enactments minn żminijiet medjevali, wirjiet bix-xwabel, wirjiet tal-maġija b’mod differenti u oħrajn. Wieħed jista’ wkoll jattendi diskussjonijiet dwar temi medjevali kif ukoll tours bi gwida madwar il-belt kapitali l-antika.

L-attrazzjonijiet turistiċi kollha li jinsabu fl-Imdina se jestendu l-ħinijiet tagħhom bi prezzijiet ridotti.

Gawdu minn din l-attività unika li tiġbed bosta ammiraturi.

Din l-attività tħabbret mis-Sindku Peter Sant Manduca flimkien mal-Kunsill Lokali Mdina fil-Casino Notabile Mdina waqt konferenza stampa li għaliha kien hemm preżenti l-Onorevoli Silvio Parnis; Segretarju Parlamentari għall-kunsilli lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend