L-aħħar vittma fl-inċident tad-double decker fiż-Żurrieq jintbagħat pajjiżu b'air ambulance | One News

Notifiki

L-aħħar vittma fl-inċident tad-double decker fiż-Żurrieq jintbagħat pajjiżu b’air ambulance

L-aħħar vittma fl-inċident li seħħ fiż-Żurrieq permezz ta’ double decker nhar id-9 ta’ April 2018 ġie ttrasferit permezz ta’ air ambulance lejn l-Ingilterra.

Dan ġie kkonfermat mis-CEO tal-isptar Mater Dei Ivan Falzon fejn qal li l-persuna ġie ttrasferit fit-taqsima ta’ kura intensiva viċin daru.

Dan seħħ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa, il-Ministeru tal-affarijiet barranin u l-Awtorità Maltija għat-turiżmu.

F’dan l-inċident tilfu ħajjithom: Belġjan ta’ 62 sena u Spanjola ta’ 37 sena. Intant il-vittmi kollha ħarġu mill-isptar.

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/04/10/l-incident-taz-zurrieq-41-rrilaxxati-mill-isptar-9-ghall-kura-b4-fqaghda-kritika/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend