Ktieb ġdid minn Wirt iż-Żejtun – dwar Xandru Farrugia u ibnu Ġanni | One News

Notifiki

Ktieb ġdid minn Wirt iż-Żejtun – dwar Xandru Farrugia u ibnu Ġanni

Wirt iż-Żejtun ilbieraħ nediet ktieb ieħor minn sensiela Għamlulna Ġieħ; din id-darba dwar l-iskultur Żejtuni Alessandro Farrugia kif ukoll ibnu Ġanni.

Alessandro Farrugia jew kif kien magħruf, Xandru Farrugia, għamel bosta opri artistiċi f’pajjiżna fosthom l-istatwa titulari tal-Lunzjata f’Ħal Tarxien, San Pawl ta’ Ħal Safi u Santa Marija tal-Imqabba fost bosta oħra. Kien magħruf ukoll għall-Bambini bil-wieqfa kif ukoll artifatti li forsi ma tantx jissemmew bħal gandlieri u anke xogħol ieħor fil-ġebel.

Ix-xogħol fuq il-ktieb sar mir-riċerkatur u storiku Clifford Galea, ir-riċerkatur Michael Buhagiar u Valentina Lupo, direttrici tal-Atelier del Restauro li għamlet restawr fuq l-istatwa ta’ San Pawl ta’ Ħal Safi. Riċerka oħra saret minn Ruben Abela fi ħdan Wirt iż-Żejtun fejn anke ġew dokumentati permezz ta’ ritratti, diversi niċeċ li saru minnu.

S’issa diġà ħarġu żewġ kotba oħra mill-istess kullana Għamlulna Ġieħ : Michele Cachica (1760-1939) u Carlo Diacono (1876-1942)

Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.facebook.com/Wirt-I%C5%BC-%C5%BBejtun-Page-1334916986596081/

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend