Investigat każ ta' gastroenteritis | One News

Notifiki

Investigat każ ta’ gastroenteritis

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed tinvestiga każ ta’ gastroenteritis li ġie rraportat dalgħodu.

Jidher li l-ikel kkontaminat ġie kkonsmat waqt sessjoni ta’ taħriġ għat-tobba li sar fl-Isptar Monte Karmeli.

L-ikel kkonsmat ġie ordnat minn kumpanija tal-outside catering. L-ebda pazjent ma kien affettwat.

S’issa hemm seba’ persuni li għandhom sintomi ta’ gastroenteritis.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qiegħed jinvestiga dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend