Il-Korea ta' Fuq tgħalaq is-sit fejn isiru testijiet nukleari f'Mejju li ġej | One News

Notifiki

Il-Korea ta’ Fuq tgħalaq is-sit fejn isiru testijiet nukleari f’Mejju li ġej

Post fejn isiru testijiet nukleari fil-Korea ta’ Fuq se jingħalaq f’Mejju li ġej. Dan intqal mill-uffiċċju tal-President tal-Korea t’ Isfel.

Il-kelliem qal li l-għeluq tas-sit f’Punggye-ri se jsir fil-pubbliku u esperti barranin mill-Korea t’ Isfel u l-Istati Uniti se jkunu mistiedna biex jaraw l-avveniment.

Fil-jum tal-Ġimgħa, il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un u l-President tal-Korea t’ Isfel Moon Jae-in qablu li jaħdmu biex jeħilsu lill-peniżola Koreana mill-armi nukleari.

Is-summit seħħ wara xhur ta’ retorika li tixbah dik tal-gwerra mill-Korea ta’ Fuq. Fil-jum tas-Sibt, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li aktarx ikollu taħdidiet mat-tmexxija tal-Korea ta’ Fuq fil-ġimgħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend