Ara: Il-Buskett imur lura għaż-żminijiet tradizzjonali – One News

Notifiki

Ara: Il-Buskett imur lura għaż-żminijiet tradizzjonali

Karettuni, agrikoltura, annimali u wirjiet tradizzjonali.

Dawn kienu ftit mill-affarijiet li wieħed seta’ jara illum fil-ġonna tal-Buskett hekk kif ittelat il-ħmistax-il edizzjoni tal-ġurnata ta’ “Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet.”

Avveniment imtella’ mill-Kunsill lokali ta’ Ħad Dingli flimkien ma’ Għaqdiet mhux Governattivi Dinglin, fejn ltaqgħu mijiet ta’ Maltin u Għawdxin sabiex jammiraw l-kultura u t-tradizzjonijiet li jħaddan il-wirt Malti.

Bħalissa għaddejha l-kompetizzjoni tal-ġmiel u tal-ħlib tan-nagħaġ u l-mogħoż. Iktar tard ħa jkollna kompetizzjoni tal-fniek kif ukoll tal-inbid aħmar abjad u rosè.

Din il-wirja kienet tinkludi wkoll l-ikbar replika f’Malta, ta’ karettun tradizzjonali armat bil-ħaxix u frott.

Il-karettun huwa xogħol ħidma tal-kunsillier Pawlu Mamo hawnekk. Huwa l-ikbar replika ta’ karettun Malti magħmul b’dedikazzjoni kollox bl-idejn u qed jintrema’ bil-ħxejjex ul-frott sinonimi ma’ Ħad Dingli.

One News ukoll tkellem ma’ wħud mill-parteċipanti li ħadu sehem bi ħġarhom sabiex jittella’ b’suċċess dan l-avveniment kulturali.

Ta’ kull sena aħna nilbsu u nduru man-nies u nkomplu magħhom u ngħidulhom fuq il-wirja agrarja u affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ din il-wirja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend