Il-Banda San Mikiel Żabbar tikteb l-istorja | One News

Notifiki

Il-Banda San Mikiel Żabbar tikteb l-istorja

B’vot unanimu l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar illum approvat it-twaqqif tal-iskola tal-arti u l-mużika San Mikiel; l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta.

Dan ikompli juri kemm is-soċjetajiet mużikali għadhom relevanti f’pajjiżna, illum fid-dinja li qed ngħixu fiha u kemm ġid joħroġ minnhom.

Dan seħħ wara li sar aġġornament sħiħ tal-istatut fejn wieħed mill-punti kruċjali kien li ġie maqbul li ser titwaqqaf din l-iskola tal-mużika u l-arti. Din ser tkun immexija minn bord ta’ gvernaturi indipendenti li jisatbilixxi l-curriculum skont il-kriterji.

Il-gvern ser jagħti s-somma ta’ €20,000 mill-iskema Skema għal-Proġetti għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
biex isiru wkoll ir-recording studio meħtieġa u klassijiet ġodda.

Ħadna dan il-pass ambizzjuż għaliex irridu nħarsu ‘l quddiem. Nixtiequ nħallu legat għal dawk li għad iridu jiġu warajna. L-edukazzjoni fid-dinja tal-lum hija essenzjali u għaldaqstant din l-iskola għandna isservi biex tkompli trawwem aktar żgħażagħ fil-mużika u l-arti mhux biss biex tkompli tikber il-Banda San Mikiel iżda biex nkattru aktar talent f’pajjiżna…sostna l-President Quinton Scerri.

L-iskola tal-arti u mużika San Mikiel (St. Micheal School of arts) mistennija tibda tiffunzjona minn Settembru 2018 skont il-kriterji mitluba minn National Commission for Further and Higher Education.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend