ARA: Tgħajjir lejn JM u isteriżmu sfrenat – il-protesta tal-Occupy Justice | One News

Notifiki

ARA: Tgħajjir lejn JM u isteriżmu sfrenat – il-protesta tal-Occupy Justice

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ċeda għall-pressjoni li saritlu u attenda għall-protesta ta’ Occupy Justice li saret il-Ħadd waranofsinhar fil-Belt Valletta.

Il-gazzetta Kulħadd kienet l-ewwel li zvelat, li Adrian Delia se jkun preżenti għal din l-protesta.

B’Delia jikkonferma dak zvelat fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista.

Adrian Delia attenda għal protesta fi sforz ieħor sabiex jipprova jibni l-pontijiet fil-Partit Nazzjonalista. U jipprova jintgħoġob mal-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil u jattakka lil gvern.

Protesta li kompliet tikxef l-qasma interna li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

Fuq quddiem nett, l-Protesta kienet imexxija mill-eks kap Simon Busuttil. Akkumpanjat mill-ewroparlamentari David Casa u deputati nazzjonalisti ohrajn bhal Karol Aquilina u Jason Azzopardi.

Fuq wara nett tal-Protesta kien hemm il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia flimkien ma’ deputati qrib tiegħu bhal Clyde Puli, David Agius, Robert Arrigo u Hermann Schiavone.

Delia deher skomdu ghal ahhar. Dan anki meta kien miexi fil-protesta, sab poster quddiem wiċċu miktub – bicca blogger.

B’Adrian Delia kien il-politiku li b’ħanġra kbira għajjar lil Caruana Galizia “biċċa blogger”, talli allegat li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.

Intant, Occupy Justice organizzat il-protesta sabiex tattaka l-gvern u tfakkar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Izda s-sieħba tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, Kristina Chetcuti flimkien ma nisa oħrajn , dehru jiżfnu fit-triq republicca u jkantaw – whats going on u diska oħra bi kliem mhux xieraq.

Il-Protesta kienet indirizzata mill-ewroparlamentari nazzjonalista David Casa , li b’referenza għal Prim Ministru Joseph Muscat, qal li pajjizna ħakmitu pjaga.

Intant,  waqt il-protesta dehru nies għaddejjien borza f’idejhom jiġbru l-flus mingħand n-nies bil-għan li jkomplu bil-kampanja tagħhom kontra pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend