ARA: Il-Prim Ministru jilbes kalzetti kkuluriti u b'temi ħelwin | One News

Notifiki

ARA: Il-Prim Ministru jilbes kalzetti kkuluriti u b’temi ħelwin

Justin Trudeau il-Prim Ministru Kanadiż huwa magħruf għal mod kif jinżel għal-livell tan-nies.

Iżda mhux dan il-fatt biss jiġbed lejh bosta ammiraturi minn madwar id-dinja; jidher li anke l-mod kif jilbes.

Trudea jħobb jilbes kalzetti kkuluriti, b’temi differenti anke b’relazzjoni ma’ cartoons.

Il-Prim Ministru Kanadiż meta darba kien mistoqsi dwar dan, qal li meta jħares lejn il-kalzetti jiftakar li fil-ħajja serja li ngħixu bid-diversi pożizzjonijiet li jkollna, hemm ukoll il-mument ċajtier li mnalla jkun hu li jfakkarna li aħna wkoll umani.

Trudea kien f’pajjiżna fic-CHOGM tal-2015; propju ftit jiem biss wara l-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru tal-Kanada.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend