Studju dwar il-kriminalità rrapportata juri li m'hemmx żieda fil-kriminalità f'pajjiżna | One News

Notifiki

Studju dwar il-kriminalità rrapportata juri li m’hemmx żieda fil-kriminalità f’pajjiżna

Ġie ppreżentat rapport annwali tal-kriminalità rrapportata f’pajjiżna mill-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia flimkien mal-Professur fil-kriminoloġija Saviour Formosa.
Ir-rapport juri biċ-ċar li filwaqt li wieħed jistenna li ż-żieda ta’ kriminalità rraportata tiżdied b’mod proporzjanat maż-żieda fil-popolazzjoni u l-attività. Dan mhux talli ma ġarax f’pajjiżna iżda talli ir-rata baqgħet l-istess u saħansitra naqset ftit mis-sena elfejn u sittax.
Il-Ministru tal-intern u s-sigurtà nazzjonali, Michael Farrugia qal kif id-data miġbura se tkun użata mill-Pulizija għal ‘Target Policing’. Dan filwaqt li l-Ministeru se juża l-informazzjoni biex jara xi bżonn hemm ta’ tgħarif li n-nies jistgħu jingħataw biex jevitaw li jisfaw vittmi huma stess.
Il-professur kriminologu, Savior Formosa saħaq li meta jisma’ politikanti u persuni pubbliċi jallegaw li l-kriminalità f’pajjiżna żdiedet biex jaċevolaw l-aġendi tagħhom huwa jirrabja li dawn l-istess allegazzjoni ikunu qed isiru mingħajr ma jħarsu lejn il-fatti.
Huwa qal li l-fatti qiegħdin hemm biex jarahom kulħadd u allegazzjonijiet infondati li jbeżżgħu n-nies isarrfu biss fi xkiel biex ir-rata ta’ kriminalità f’pajjiżna tkompli tonqos.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend