Arkeoloġi għamlu sejba li qed tissejjaħ bħala waħda mill-akbar offerta ta’ sagrifiċju li saret fl-istorja permezz ta’ umani.
Aktar minn 140 tifel u tifla ġew issagrifikati fl-istess ħin fil-Peru madwar 550 sena ilu.
Is-sejba saret qrib Trujillo, li jinsab viċin iċ-ċentru taċ-ċivilizzazzjoni antika Chimú.
Flimkien mat-tfal instabu l-iskeletri ta’ 200 llama – liema offerti kollha nqatlu fl-istess waqt.